Afganistan
| Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
| Emirat Iżlamiku tal-Afganistan | ||||||
|---|---|---|---|---|---|---|
| Mottu: لا إله إلا الله، محمد رسول الله "Lā ʾilāha ʾillā llāh, Muhammadun rasūlu llāh "M'hemm l-ebda alla ħlief Alla; Muhammad huwa l-messaġġier ta' Alla." | ||||||
| Innu nazzjonali: Dā Də Bātorāno Kor دا د باتورانو کور Din Hija Dar Il-Kuraġġużi | ||||||
| Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Kabul | |||||
| Lingwi uffiċjali | Persjan Pashto | |||||
| Gruppi etniċi | Afgan Afgana Afgani | |||||
| Reliġjon | L-Iżlam | |||||
| Gvern | Emirat iżlamiku | |||||
| - | Kap Suprem | Hibatullah Akhundzada | ||||
| - | Prim Ministru | Hasan Akhund | ||||
| - | Prim Imħallef | Abdul Hakim Haqqani | ||||
| Stabbiliment | ||||||
| - | L-ewwel stat Afgan | Ottubru 1747 | ||||
| - | Indipendenza (mir-Renju Unit) | 19 t'Awissu, 1919 | ||||
| Erja | ||||||
| - | Total | 652,867 km2 (40) 252,073 mil kwadru | ||||
| - | Ilma (%) | negliġibbli | ||||
| - | Densità | 48.08/km2 124.5/mili kwadri | ||||
| PGD (PSX) | stima tal-2020 | |||||
| - | Total | $81.007 biljun | ||||
| - | Per capita | $2,459 | ||||
| PGD (nominali) | stima tal-2021 | |||||
| - | Total | $20.136 biljun | ||||
| - | Per capita | $611 | ||||
| IŻU (2021) | ▼0.478 (baxx) (180) | |||||
| Valuta | Afghani (AFN) | |||||
| Żona tal-ħin | (UTC+4:30) | |||||
| Kodiċi telefoniku | +93 | |||||
| Kodiċi ISO-3166 | AF | |||||
| TLD tal-internet | .af | |||||
L-Afganistan, uffiċjalment l-Emirat Iżlamiku tal-Afganistan (Pashto/Persjan: افغانستان, Afġānistān) huwa pajjiż fiċ-ċentru tal-Asja li jibbordura l-Pakistan fin-nofsinhar u fil-vant, l-Iran fil-punent, it-Turkmenistan, l-Użbekistan u t-Taġikistan fit-tramuntana, u ċ-Ċina fl-ibgħad grigal. Il-pajjiż għandu popolazzjoni ta' madwar 40 miljun ruħ[1], li jagħmlu s-37 l-aktar pajjiż popolat fid-dinja. Il-pajjiż huwa primarjament muntanjuż, b'xi pjanuri fit-tramuntana u l-lbiċ, separati minn xulxin bil-muntanji tal-Hindu Kush. Kabul hija l-belt kapitali kif ukoll l-ikbar belt fil-pajjiż.
Il-bnedmin ilhom jgħixu fl-Afganistan minn żmien il-Paleolitiku, u matul l-istorja kien ikkunsidrat post b'importanza strateġika minħabba l-pożizzjoni ċentrali mat-Triq tal-Ħarir. Matul is-snin l-Afganistan ra bosta imperji fit-territorju tiegħu, fosthom il-Perżjani, il-Maċedoniżi, l-imperu Maurya, l-Għarab, il-Mongoli, l-Ingliżi, u l-Unjoni Sovjetika, tant illi l-Afganistan sar magħruf bħala "ċ-ċimiterju tal-imperji". Minħabba din l-istorja, l-Afganistan ukoll ffunzjona matul iż-żmien bħala ċentru għal-kultura u r-reliġjoni tal-isferi Indjani u Persjani; speċjalment iż-Żoroastrijaniżmu, il-Buddiżmu, il-Ħinduiżmu, u, illum il-ġurnata, l-Iżlam.
It-tieni l-akbar belt fil-pajjiż hija Kandahar.
- ↑ "Afghanistan Population 2023 (Live)". worldpopulationreview.com. Miġbur 2023-05-15.
.svg/250px-Afghanistan_(orthographic_projection).svg.png)